2 pazjenti ta’ ‘l fuq minn 100 sena jfiqu mill-coronavirus

Coronavirus_ChBAkDp

Pazjent li għandu 100 sena u li jbati mill-Alzheimer irkupra mill-coronavirus wara li ngħata t-trattament meħtieġ. Dan tħabbar fuq il-midja Ingliża. Il-midja Ċiniża qalet li l-pazjent li hu Ċiniż għandu kundizzjonijiet oħra, inkluż pressjoni għolja.

Skont il-midja barranija, hu kien fost 80 pazjent li ġew rilaxxati mill-isptar nhar is-Sibt li għadda ġewwa Wuhan.

Il-midja barranija qed tirrapporta wkoll li mara ta’ 103 snin irnexxielha tirkupra mill-coronavirus u rritornat id-dar. Zhang Guangfen irkuprat mill-marda wara li rċiviet it-trattament meħtieġ għal sitt ijiem ġewwa Wuhan.

Qed ikun irrappurtat li hija rnexxielha tfiq f’qasir żmien minħabba li ma kellha l-ebda marda oħra apparti bronchitis ħafif. Id-dijanjosi tal-marda saret ġewwa l-isptar Liyan ġewwa Wuhan.

Ir-residenti ta’ Wuhan li jammontaw għal madwar 11-il miljun ilhom magħluqha f’darhom minn Jannar. Il-coronavirus infetta aktar minn 80,700 persuna fiċ-Ċina u kaġun tal-istess vajrus mietu aktar minn 3,000 persuna.