2 partitarji ta’ West Ham arrestati: għamlu mossi omofobiċi

Żewġ partitarji ta’ West Ham ġew arrestati wara li allegatament għamlu mossi omofobiċi lejn il-partitarji ta’ Brighton.

Il-każ seħħ waqt il-logħba li ntlagħbet is-Sibt fejn kien hemm folla ta’ kważi 60,000 fil-London Stadium.

Dan l-istaġun kien hemm numru ta’ klabbs li rrapurtaw inċidenti ta’ din ix-xorta. F’Diċembru l-pulizija kienu kkuntatjati  minħabba xi kant li kantaw il-partitarji ta’ West Ham lejn il-partitarji ta’ Chelsea ġewwa Stamford Bridge.

Nhar is-sibt, wieħed mill-partitarji ta’ West Ham ġie arrestat ukoll wara li kien issuspettat li refa’ idu fuq xi partitarju ieħor. Jidher li dan kien każ differenti u ma kellux x’jaqsam maż-żewġ partitarji l-oħra.