2 nisa arrestati wara li nqabdu jisirqu

Żewġ nisa ġew arrestati lbieraħ wara li nqabdu fil-fatt jisirqu minn basket ta’ persuna anzjana.
Il-nisa li huma Bulgari u għandhom 24 u 43 sena ġew arrestati wara diversi jiem ta’ osservazzjoni mill-Pulizija mill-Għassa tal-Belt Valletta.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li nstab ukoll li fl-aħħar jiem kienu involuti f’diversi reati simili ġewwa l-Belt Valletta.
In-nisa qed jinżammu mill-Pulizija u mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.