2 minn kull 8 immigranti li jaslu Malta jingħataw status ta’ refuġjat

Tnejn minn kull tmien immigranti li jaslu Malta jingħataw status ta’ refuġjat, filwaqt li l-oħrajn jingħataw protezzjoni sussidjarja.
Statistika tal-NSO tindika li t-tliet pajjiżi li minnhom jiġu l-aktar immigranti Malta, huma l-Libja, is-Sirja u l-Eritreja.
Kollha flimkien, fl-2017 it-28 stat membru tal-Unjoni Ewropea taw protezzjoni lil aktar minn nofs miljun persuna li kienu qed ifittxu l-ażil. Dawn niżlu b’25% mis-sena ta’ qabel.
Fil-pajjiżi kollha tal-UE, l-akbar numru ta’ immigranti li ngħataw status ta’ protezzjoni, kienu ġejjin mis-Sirja, mill-Afganistan u l-Iraq.
Madankollu xorta naqas l-għadd ta’ Sirjani li ngħataw status ta’ protezzjoni fejn mal-176,000 immigrant ingħataw dan l-istatus minn tmintax-il pajjiż Ewropej.