
Read in English.
Aktar minn żewġ miljun persuna fl-Awstralja niżżlu app li titraċċa l-kuntatti ta’ pazjenti tal-coronavirus sigħat wara li ħarġet.
Skont ir-Reuters, dan ġara hekk kif l-istati qed jippjanaw li jżidu n-numru ta’ testijiet għall-virus.
Il-Prim Ministru Scott Morrison qal li aktar testing u l-użu tal-applikazzjoni tal-mobiles CovidSafe – li qanqlet rabja fost attivisti favur il-privatezza – huma għadd ta’ miżuri li huma parti mill-kundizzjonijiet biex jitneħħew miżuri ta’ lockdown nazzjonali.
L-Awstralja s’issa kellha madwar 6,700 każ. Minnhom 83 persuna tilfu ħajjithom.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.