2 mejta wara li ajruplan kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-Ukrajna

Mill-inqas żewġ persuni tilfu ħajjithom wara li ajruplan tal-passiġġieri għamel inżul tal-emerġenza u ħa n-nar fl-Ukrajna.

L-ajruplan kellu fuqu 45 persuna. Kien qed jagħmel titjirja interna minn resort fil-Baħar l-Iswed, iżda kellu jinżel fil-belt ta’ Donetsk, fil-Lvant tal-pajjiż.

Aktarx li l-ajruplan kellu jinżel minħabba ċpar qawwi, iżda l-bdot u dawk responsabbli ikkalkolaw ħażin il-posizzjoni tar-runway.

39-il persuna salvaw, tnejn instabu mejta filwaqt li mhux magħrufa l-kundizzjoni tal-erba’ persuni l-oħra.