2 mejta u 7 mitlufa fin-nirien li ħakmu l-New South Wales

Ġew irrapurtati minn tal-inqas tnejn mejta u seba’ oħra mitlufa fin-nar li beda mingħajr ma kien mistenni fl-Awstralja. L-emerġenza biex jintefa n-nar kompliet bit-tieni ġurnata tagħha. Xi uffiċjali kkonfermaw li aktar minn 150 dar ġewwa New South Wales inħakmu min-nirien.

Eluf ta’ nies kellhom iħallu djarhom, filwaqt li skejjel, pontijiet u linji tal-elettriku spiċċaw fix-xejn bin-nirien.

L-uniku żewġ vittmi li kienu rrappurtati mejta tilfu ħajjithom fin-nirien qrib Glen Innes, madwar 500km fit-Tramuntana ta’ Sydney. Madwar 1,000 pumpier qed jipprova jitfi n-nar u magħhom ingħaqad ajruplan li jġorr l-ilma.

Daħlu wkoll rapport li xi nies inqabud fi djarhom u sfortunatament ħadd ma jista’ jgħinhom minħabba l-qawwa tan-nirien.