2 mejta u 17 midruba wara li student fetaħ in-nar fi skola

Żewġ żgħażagħ sfaw maqtula u 17-il persuna oħra midruba wara li student fetaħ in-nar fi skola fl-Istati Uniti.
L-attakk sar f’Marshall County High School fl-istat ta’ Kentucky fejn student ta’ 15-il sena daħal u fetaħ in-nar fuq sħabu l-istudenti.
Huwa inqabad mill-Pulizija u qed jinżamm arrestat.
Żagħżugħa ta’ 15-il sena  mietet fuq il-post filwaqt li żagħżugħ tal-istess età miet aktar tard l-isptar kawża tal-ġrieħi li kellu.
Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-agressur inqabad wara 15-il minuta minn x’ħin fetaħ in-nar.
L-Awtoritajiet ikkonfermaw li l-agressur kien jattendi fl-istess skola u li fetaħ in-nar f’kamra li fiha l-istudenti jinġabru fiha qabel jibdew il-lezzjonijiet.