2 maqtula u 7 midruba f’żewġ attakki f’Washington DC – rapporti

Rescue vehicles are seen following a shooting in Washington, D.C., U.S. September 19, 2019, in this picture obtained from social media. Mandatory credit CHRIS G COLLISON/via REUTERS

Żewġ attakki f’Washington DC fl-Istati Unit ħallew żewġ persuni mejta u seba’ midruba. Dan skont rapporti tal-Pulizija u għadd ta’ rapporti mill-media Amerikana. Il-każi seħħew ilbieraħ, intant illum il-Pulizija qed ifittxu żewġ suspettati ta’ wieħed mill-attakki. Dawn il-persuni huma x’aktarx armati b’armi tan-nar.

Fl-ewwel attakk, inqatel raġel u ndarbu ħamsa oħra. Tnejn minnhom qed jissieltu għal ħajjithom. L-attakk seħħ minn karozza li kienet għaddejja minn Columbia Heights. Fil-karozza kien hemm żewġ persuni.

It-tieni attakk seħħ madwar nofs siegħa wara fejn tliet persuni ndarbu permezz ta’ tiri. Wieħed minnhom tilef ħajtu kawża ta’ dan. Skont NBC, ma hemm l-ebda indikazzjoni sa issa li l-każi huma b’xi mod jew ieħor relatati.