2 l-isptar wara li waqgħet bihom gallarija fil-Belt

Malta Police Force

Żewġ irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Deiw ara li waqgħet bihom gallarija fil-Belt Valletta.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fis-1.10pm fi Triq il-Lvant. Jidher li ż-żewġt irġiel ħarġu fil-gallarija waqt li kien qed isir xi xogħol ta’ renovar fir-residenza. Il-gallarija ċediet bihom u huma waqgħu madwar sular.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 31 sena minn Ħal Lija u r-raġel ta’ 43 sena mill-Mosta l-isptar. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.