Żewġ irġiel gravi wara ħabta fl-Imġarr

Aġġornat 05:33 PM
Miguela Xuereb

Read in English.

Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara ħabta bejn mutur u karozza fl-Imġarr, fejn ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq iż-Żebbiegħ fl-9.50am. Il-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 30 sena minn Santa Venera. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 23 sena mill-Fgura li miegħu kien hemm passiġġiera tfajla ta’ 19-il sena minn Ħaż-Żabbar.

Is-sewwieq tal-mutur u s-sewwieq tal-karozza ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. It-tnejn li huma ndarbu gravi.