Aġġornata: 2 l-isptar wara ħabta bejn 5 karozzi f’Ħal Kirkop

Arkivji

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’ħabta bejn ħames karozzi. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fil-mini ta’ Ħal Kirkop direzzjoni lejn ir-roundabout tal-Ajruport.

Kelliem għall-Pulizija spjega li għal xi raġuni l-karozza tilfet il-kontroll u daħlet f’żewġ karozzi oħra bil-konsegwenza li dawn daħlu ġo żewġ karozzi oħra.

Ix-xufier u l-passiġġier tal-karozza li kellha l-ewwel impatt ittieħdu l-isptar Mater Dei filwaqt li l-persuni l-oħra ttieħdu l-polyclinic ta’ Ħal Kirkop.

Aktar tard fi stqarrija l-Pulizija qalet li raġel ta’ 42 sena minn San Pawl il-Baħar tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat f’karozza misjuqa minn mara ta’ 29 sena miż-Żurrieq u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 41 sena mill-Fgura.

Dawn imbagħad daħlu f’karozza misjuqa minn mara ta’ 29 sena mill-Qrendi u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 28 sena mis-Siġġiewi.

Raġel ta’ 35 sena mill-Gżira kien passiġġier fl-ewwel karozza.

Ir-raġel ta’ 42 sena weġġa’ gravi.