2 l-isptar wara ħabta bejn 4 karozzi

Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara ħabta bejn erba’ karozzi, tlieta fit-triq u waħda pparkjata.

L-inċident ġara fis-12.55pm fi Triq il-Ferrovija f’Santa Venera. Tliet karozzi ħabtu ġo xulxin u laqtu wkoll karozza li kienet ipparkjata.

Is-sewwieqa kienu żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Birkirkara, ieħor ta’ 61 sena minn Birkirkara wkoll u tfajla ta’ 21 sena residenti Santa Venera.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza bir-raġel ta’ 61 sena sofra minn ġrieħi gravi filwaqt li l-ġuvni ta’ 19-il sena sofra ġrieħi ħfief.