2 l-isptar wara daqqiet ta’ sikkina f’San Ġiljan

Arkivji

Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li matul il-lejl li għadda ġew attakkati b’arma li taqta’ u bil-ponta f’San Ġiljan.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fit-3.30am fi Triq Dragonara.

Iż-żewġ vittmi, wieħed ta’ 38 sena mill-Kosta tal-Avorju u ieħor ta’ 32 mil-Libja weġġgħu ħafif.

L-allegat aggressur ġie arrestat mill-Pulizija u ttieħed għall-kura wara li lmenta minn uġigħ. Hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.