2 każijiet ġodda tal-coronavirus; tfiq persuna

REUTERS/Lucy Nicholson

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew żewġ każijiet ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fieqet persuna.

Il-każijiet ġodda rriżultaw minn total ta’ 1,016 test bl-iswab. L-għadd ta’ każijiet attivi f’Malta issa huwa ħamsa.

Dan tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook.

Il-każijiet il-ġodda huma sporadiċi. Wieħed minnhom kien sintomatiku, filwaqt li l-ieħor kien bla sintomi.

OFFICIAL COVID-19 figures for 22•07•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Wednesday, July 22, 2020