2 każi ġodda ta’ coronavirus, ifiq wieħed

Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa ġew ikkonfermati żewġ każi ġodda ta’ coronavirus f’Malta minn 1,152 test.

Fi statistika li qed toħroġ ta’ kuljum mill-paġna tal-Ministeru għas-Saħħa ġie kkonfermat li persuna oħra fieqet. Din tingħaqad mal-596 persuna li rkupraw. B’hekk bħalissa f’Malta hawn 26 każ attiv ta’ coronavirus.

OFFICIAL COVID-19 figures for 09•06•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Tuesday, June 9, 2020

Mill-bidu tal-pandemija tal-Covid-19 s’issa saru 77,033 swab test. F’Malta dan il-virus qatel disa’ persuni.

Ilbieraħ il-Gvern ħabbar pakkett ta’ miżuri b’allokazzjoni ta’ €900 miljun biex jgħin lill-familji u n-negozji Maltin minħabba l-effett finanzjarju li ħalliet il-pandemija.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn