2 karozzi jaqbdu f’garaxx f’Ħad-Dingli

Żewġ karozzi qabdu l-lejl li għadda f’garaxx f’Ħad-Dingli.

Kelliem għall-Pulizija qal li dan ġara f’11.45pm fi Triq il-Kbira.

Spjega li x’aktarx ħadet in-nar karozza minnhom u dan inxtered mal-garaxx kollu, fejn kien hemm karozza oħra wkoll.

Fuq il-post marru uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxielhom jikkontrollaw in-nar. Ħadd ma weġġa’.