2 kandidati oħra għas-siġġu parlamentari fuq it-13-il distrett

Read in English.

L-eks Ministru Ċensu Galea u Jason Zammit tefgħu n-nomina tagħhom sabiex jieħdu s-siġġu parlamentari fuq it-13-il distrett, li tbattal mal-mewt ta’ Frederick Azzopardi x-xahar li għadda.

B’hekk, iż-żewġ irġiel se jkunu qed itellqu kontra Maria Portelli għal dan is-siġġu.

Dan tħabbar mill-Kummissjoni Elettorali li llum rċeviet dawn in-nomini.

Mistenni wkoll jitfa’ n-nomina tiegħu Ryan Mercieca, iżda l-Partit Nazzjonalista ddiżassoċja ruħu minn ma’ dan il-kandidat minħabba akkużi fil-konfront tiegħu, u libell li kien fetaħ kontra l-editur tal-gazzetta L-Orizzont, li spiċċa biex tilef. Il-Partit ħabbar dalgħodu li beda proċeduri biex lil Mercieca jkeċċih.

Madankollu, Mercieca xorta wera d-determinazzjoni tiegħu li jikkontesta din l-elezzjoni.

L-għadd tal-voti ta’ din l-elezzjoni se jsir il-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar, nhar il-Ħamis, il-5 ta’ Novembru mit-8.30am ’il quddiem.

Tagħrif dwar id-diżgwid fuq Ryan Mercieca
Il-PN jiddiżassoċja ruħu minn ma’ Ryan Mercieca