2 jinqatlu f”attakk terroristiku’ fi Franza

REUTERS/Philippe Wojazer

Żewġ persuni nqatlu f’attakk fi Franza li ġie deskritt mill-Ministeru għall-Intern bħala inċident terroristiku.

Skont il-BBC, ħames persuni oħra indarbu f’attakk li twettaq bl-użu ta’ sikkina.

Xhieda fuq il-post qal li l-aggressur daħal f’ħanut tat-tabakk fil-belt ta’ Romans-sur-Isère qrib Grenoble. Hemm ta daqqiet ta’ sikkina lis-sidient tal-ħanut u lil klijent.

L-aggressur attaka aktar nies f’żewġ ħwienet oħra differenti qabel ma ġie arrestat. Prosekuturi qalu li s-suspettat kien refuġjat mis-Sudan li għandu mat-30 sena. Hu jgħix fl-istess belt li fih twettaq l-attakk.

Il-prosekuturi qalu li fil-ħin tal-arrest tiegħu, ir-raġel instab fuq il-bankina jitlob bl-Għarbi.