2 jindarbu fi sparatura fi Franza

Raġel anzjan suspettat li spara tiri barra moskea fil-belt ta’ Bayonne fi Franza ġie arrestat, skont il-Pulizija lokali. Żewġ persuni ndarbu fl-inċident.

Il-Pulizija qalet li r-raġel ipprova jagħti n-nar il-bieb tal-moskea u spara fuq żewġt irġiel. It-tnejn li huma ndarbu serjament waqt l-inċident li seħħ għat-3.20pm. Huma ttieħdu l-isptar.

Aktar tard, raġel ta’ 84 sena ġie arrestat qrib id-dar tiegħu qrib Bayonne.
Il-President Franċiż Emmanuel Macron ikkundanna l-inċident.