2 iweġġgħu f’inċident bejn 4 karozzi fir-Rabat Għawdex

Mara u raġel weġġgħu ħafif f’inċident bejn erba' karozzi fir-Rabat, Għawdex.
Jidher li tnejn minn dawn il-karozzi inqalbu fuq xulxin bl-impatt.
L-inċident seħħ quddiem id-daħla tal-Lidl fi Triq San Anard limiti tar-Rabat għall-ħabta tal-4.30 ta’ waranofsinhar.
Ritratt: Arkivji