2 irġiel l-isptar wara inċidenti bil-mutur il-lejl li għadda

Miguela Xuereb

Tul il-lejl li għadda, kien hemm żewġ inċidenti differenti bil-mutur, wieħed fil-Mosta u l-ieħor fin-Naxxar.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt bid-dettalji dwar dawn l-inċidenti.

L-inċident fin-Naxxar ġara fid-8.45pm meta s-sewwieq, barrani li joqgħod San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-mutur. Huwa għandu 37 sena.

Fis-1am kien hemm inċident simili fil-Mosta, fi Vjal l-Indipendenza. Is-sewwieq din id-darba kien Irlandiż ta’ 55 sena li joqgħod il-Mosta stess. Huwa waqa’ minn fuq il-mutur.

Iż-żewġ sewwieqa ttieħdu l-Isptar Mater Dei imma l-kundizzjoni tagħhom għadha pendenti.