2 irġiel gravi wara ġlied f’San Ġiljan

Arkivji

Kmieni dalgħodu żewġ irġiel indarbu gravi wara li kienu involuti fi ġlied f’San Ġiljan.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30am fi Triq il-Bajja f’San Ġiljan. Mill-istħarriġ instab li raġel ta’ 33 sena mis-Somalja residenti ż-Żurrieq ġie aggredit minn xi persuni allegatament bi flixkun, iżda sa x’ħin qaslu l-Pulizija dawn kienu laħqu telqu minn fuq il-post. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Iżjed tard, għall-ħabta tal-4am, il-Pulizija intalbet tassisti ġewwa Triq Gort, San Ġiljan fuq rapport simili. Din id-darba il-vittma kien Somalu ta’ 23 sena residenti Marsaskala, li wkoll ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi.