2 irġiel feruti wara li kellhom xi jgħidu fil-Mosta

Pulizija
Miguela Xuereb

Read in English.

Żewġ irġiel sfaw feruti wara li kellhom xi jgħidu fil-Mosta.

L-argument ġara lbieraħ għall-ħabta tat-8.30pm fi Triq il-Ħuttaf, quddiem blokka t’appartamenti.

L-argument kien bejn raġel ta’ 47 sena u raġel Palestinjan ta’ 31 sena, it-tnejn residenti l-Mosta. Iż-żewġ irġiel marru fl-eqreb klinika għall-għajnuna.

Ir-raġel ta’ 31 ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi u r-raġel ta’ 47 sena sofra ġrieħi ħfief.