2 irġiel bżonn għajnuna medika wara 2 argumenti separati

Żewġt irġiel talbu għall-assistenza medika minħabba li sofrew xi ġrieħi waqt argumenti separati.

Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija, huma ġew infurmati dwar dan mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Skont l-istqarrija, l-ewwel każ seħħ għall-ħabta tal-04:00am. Raġel ta’ 23 sena mir-Repubblika tal-Maċedonja allegatament kien aggredit minn grupp ta’ persuni waqt li kien f’post ta’ divertiment fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei minn persuna fejn
ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

It-tieni każ seħħ għall-ħabta tal-05:30am. Marokkin ta’ 22 sena ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li allegatament ġie aggredit waqt argument li seħħ fi stabbiliment ieħor, fl-istess triq. Huwa wkoll sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar iż-żewġ każijiet għadhom għaddejjin .