2 irġiel bi ġrieħi gravi wara li ġġieldu bi flixkun tal-ħġieġ

Read in English.

Żewġ irġiel qed isofru minn ġrieħi gravi wara argument li kellhom dalgħodu li waqtu, intuża flixkun tal-ħġieġ.

Dan l-argument li żviluppa fi ġlieda ġara fil-11.30am fi Triq il-Kulleġġ l-Antik f’Tas-Sliema.

Intalbet l-għajnuna tal-pulizija li malli waslu, saru jafu li l-ġlieda kienet bdiet fit-triq u mbagħad kompliet f’residenza fl-istess triq.

Iż-żewġ irġiel involuti kienu raġel ta’ 46 sena li joqgħod il-Ħamrun u żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Iklin.

Iż-żagħżugħ mar il-Poliknika tal-Furjana filwaqt li r-raġel ta’ 46 sena ittieħed l-Isptar
Mater Dei. Huma t-tnejn ġew iċċertifikati li għandhom ġrieħi gravi.