2 irġiel arrestati fuq droga f’Għawdex

Read in English.

Żewġt irġiel ġew arrestati wara ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’Għawdex.

Il-Pulizija sabu ammont sostanzjali ta’ qratas bi droga suspettata kokaina li juru li ma kinitx għall-użu personali tagħhom, kif ukoll affarijiet oħra relatati mal-abbuż u t-traffikar tad-droga. Huma kienu għadhom kif waslu bil-vettura tagħhom fl-Imġarr meta ġew arrestati.

L-irġiel għandhom 21 u 23 sena u joqgħodu r-Rabat u l-Munxar, rispettivament.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxiha mill-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għada għaddejja.

Raġel minnhom se jitressaq b’arrest għada.