2 irġiel arrestati fil-Marsa minħabba d-droga

Żewġt irġiel ġew arrestati fil-Marsa peress li kienu fil-pussess tad-droga.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-arresti saru lbieraħ filgħaxija waqt ronda fil-Marsa.

Qalet li fit-8.30pm xi pulizija waqqfu vettura fi Triq ix-Xwieni fil-Marsa wara li qam suspett fiż-żewġ persuni li kien hemm fiha. Il-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa u raġel ta’ 44 sena residenti Bormla.

Minn tfittxija li saret fuq iż-żewġ persuni nstabu pakketti bi trab kannella, suspettata droga. Fil-vettura nstabu wkoll diversi oġġetti relatati mal-abbuż tad-droga.