2 irġiel aggrediti minn grupp persuni f’San Pawl il-Baħar

pulizija kordin
Miguela Xuereb

Read in English.

Żewġ irġiel ġew aggrediti minn grupp ta’ persuni f’San Pawl il-Baħar u qed isofru minn xi ġrieħi.

L-argument seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9pm f’Misraħ il-Bajja.

Meta l-pulizija waslu fuq il-post, sabu li grupp ta’ nies mhux magħrufa qajmu argument u aggredew lil raġel ta’ 28 sena u raġel ta’ 34 sena li jgħixu San Pawl il-Baħar. Aktar tard l-aggressuri ħarbu minn fuq il-post.

Iż-żewġ irġiel ittieħdu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għall-kura. Aktar tard ir-raġel ta’ 28 sena ġie iċċertifikat li kellu ġrieħi gravi filwaqt ir-raġel ta’ 34 sena kellu ġrieħi ħfief.

Jidher li l-aggressuri baqgħu ma nqabdux.