2 inċidenti simili f’temp ta’ ftit minuti; mara gravi fl-Imsida

Mara ta’ 81 sena weġġgħet b’mod gravi meta ntlaqtet minn karozza fl-Imsida. Ftit tal-minuti qabel, raġel indarab fil-Mosta meta ntlaqat minn vann.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-10.50 am. L-inċident seħħ fi Triq ix-Xatt fl-Imsida.

Il-Pulizija qalet li l-mara, mill-Italja, intlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti r-Rabat. It-Taljana ttieħdet l-isptar b’ambulanza.

Raġel gravi wara li ntlaqat minn vann fil-Mosta