​Ritratti: Persuna tinqatel b’sikkina f’attakk tal-‘ISIS’ f’Pariġi

F’Pariġi nqatlet persuna wara li ġiet agredita b’sikkina. Aktar tard, il-Pulizija qattlu lill-aggressur.
L-awtoritajiet Franċiżi qalu li l-aggressur għajjat "Allah Akbar" waqt li qatel persuna b’sikkina li kienet għaddejja fit-triq kif ukoll weġġa’ erba' persuni oħra fiċ-ċentru ta' Pariġi.
L-inċident seħħ fid-distrett tal-Opri fiċ-ċentru ta’ Pariġi.
Aktar tard, l-Istat Iżlamiku ddikjara li wieħed mis-suldati tiegħu wettaq dan l-attakk tas-Sibt filgħaxija permezz tal-aġenzija tal-aħbarijiet tiegħu iżda ma kellu l-ebda prova.
F’messaġġ fuq Twitter, il-President Franċiż Emmanuel Macron faħħar lill-uffiċjali li rnexxielhom jinnewtralizzaw lit-terrorist u qal li għal darb’oħra Franza ħalset prezz għoli iżda ma tħallewx javanzaw dawk li hu sejħilhom “għedewwa tal-libertà”.
F'dawn l-aħħar tliet snin, Franza rat serje ta' attakki kkummissjonat jew ispirat mill-grupp militanti tal-Istat Iżlamiku li qatlu għexieren ta’ persuni.
Fuq il-post kien hemm il-pulizija forensika. Il-pulizija kontra t-terroriżmu fi Franza għada għaddejja bl-investigazzjoni.
Ritratti: Reuters