Read in English.
Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li ftit tal-ħin ilu ddaħħlu żewġ immigranti Malta minn fuq il-vapur Alan Kurdi.
Meta Newsbook.com.mt saqsa jekk l-immigranti kinux tfal jew adulti, il-kelliem ma’ kienx f’pożizzjoni li jagħti tweġiba. Iż-żewġ persuni ddaħħlu minħabba li kellhom bżonn l-assistenza medika.
Ftit tal-ħin ilu l-organizzazzjoni sea-eye tellgħat fuq twitter messaġġ li ntbagħtilhom mill-Ministeru tal-Intern Taljan. Sea-eye bagħtu jsaqsu jekk għad m’għandhomx permess li jidħlu fil-portijiet Taljani u għadhomx iridu jħallsu l-multa ta’ miljun ewro taħt il-gvern il-ġdid. Għal dan, ġew infurmati li d-digried għadu qed jinżamm.
We have sent a request to the Italian Ministry of the Interior, whether the ban to entry and the 1.000.000€ fine would still apply under the new government.
It does.Italy seems to continue Salvinis inhumane policy.#AlanKurdi pic.twitter.com/FQkTwXMg0u
— sea-eye (@seaeyeorg) September 5, 2019