2 gravi wara ħabta fin-Nadur

CMRU

F’ħabta li ġrat dalgħodu fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, weġġgħu 2 irġiel u qed isofru minn ġrieħi gravi.

Iż-żewġ vetturi ħabtu fis-6.45am, bir-riżultat li waħda minnhom spiċċat ġo għalqa.

Sewwieq minnhom huwa raġel ta’ 68 sena miż-Żebbuġ, Għawdex, u ieħor ta’ 43 sena u joqgħod f’San Ġiljan. Iż-żewġ irġiel ittieħdu l-isptar minnufih, fejn aktar tard irriżulta li qegħdin f’qagħda gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.