2 gowls tard ta’ Napoli jtellfu l-logħba lil Liverpool

Il-penalty ta’ Dries Mertens u gowl tard ta’ Fernando Llorente fissru li Liverpool tilfu l-ewwel logħba minn Grupp E taċ-Champions League.

Il-Belġjan Martens skorja l-penalty wara li d-difensur ta’ Liverpool Andy Robertson ġie ġġudikat li għamel foul fuq Jose Callejon. L-eks attakkant ta’ Tottenhawm Llorente aprofitta minn żball ta’ Virgil van Dijk fil-ħin barrani biex għeleb lil Adrian.

It-tim ta’ Jurgen Klopp huma l-ewwel rebbieħa tal-kompetizzjoni li tilfu l-ewwel logħba mill-ftuħ tal-kompetizzjoni ta’ wara mindu AC Milan għamlu l-istess fl-1994.

Riżultati oħra:

Grupp E

Salzburg 6-2 Genk

Grupp F

Inter 1-1 Slavia Prague

Borussia Dortmund 0-0 Barcelona

Grupp G

Lyon 1-1 Zenit St. Petersburg

Benfica 1-2 RasenBallsport Leipzig

Grupp H

Ajax 3-0 Lille

Chelsea 0-1 Valencia