2 gowls biżżejjed għar-rebħa ta’ Valletta

Mill-kampjonat tal-Elite, Luxol u Valletta komplew jinqatgħu għalihom fin-naħa ta’ fuq, wara li din il-ġimgħa reġgħu ħarġu rebbieħa.

Għal Valletta kienu biżżejjed żewġ gowls fl-ewwel taqsima li bihom għelbu lit-tim ta’ Swieqi United. Il-gowls waslu mingħand Kurt Bartolo u Mohammed Lamari.

Aktar kmieni dil-ġimgħa, Luxol ġabu fix-xejn lit-tim tal-Università ta’ Malta, b’rebħa ta’ 10-1. Għat-tim minn St. Andrews skurja tripletta Celino Alves, doppjetti ta’ Zvezdan Vukovic u Maicon Silva, filwaqt li Mark Zammit, Marwan Telisi u Andy Mangion skurjaw gowl kull wieħed.

L-uniku gowl għat-tim tal-Università ġie skurjat minn Denis Di Maio.

Klassifika

Luxol 21; Valletta 12; L-Università ta’ Malta 6; Swieqi United 3.

Amateur League

 Marsaskala Futsal kisbu tliet punti important meta l-Ġimgħa filgħaxija għelbu lil Qormi bl-iskor ta’ 6-3. It-Tim B ta’ Luxol kompla jżid id-distakk tiegħu fil-quċċata bir-rebħa minima ta’ 3-2 kontra South Boys.

Klassifika

Luxol Futsal Tim B 16; Swieqi United Tim B 12; Zurrieq Futsal 9; Marsaskala Futsal 6; South Boys 4; Qormi Futsal 0.

Logħob il-ġimgħa d-dieħla:

Kampjonat Elite

Il-Ġimgħa 6/12/19 fid-20:45 (Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport)

L-Università ta’ Malta vs Luxol

Christmas Cup

Is-Sibt 7/12/19 fis-14:30 (Kulleġġ De La Salle)

Zurrieq Futsal vs South Boys Futsal

Is-Sibt 7/12/19 fis-14:30 (Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport)

Valletta vs Luxol Tim B