2 direct orders ta’ €4 miljun iwasslu għall-battibekk

Żewġ direct orders ta’ €4 miljun kienu fiċ-ċentru ta’ battibekk bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni waqt il-ħin tal-mistoqsijiet.
Iż-żewġ direct orders li ngħataw għal xogħol fix-shooting range l-ġdid li se jinbena f'Ta' Kandja, qanqlu numru ta' mistoqsijiet mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.
Il-Kap Nazzjonalista staqsa x’kienu l-eċċezzjonijiet f’dawn il-każijiet biex ix-xogħol jingħata b’direct order u ma jimxix mal-proċeduri normali.
Clifton Grima qal li kollox sar skont ir-regoli u li dan se jwassal biex wegħda li ilha ssir lid-dilettanti tal-isport tal-isparar fl-aħħar titwettaq. Madanakollu hu naqas milli jagħti d-dettalji tal-eċċezzjonijiet li nġiebu f’dan il-każ.