2 delegati ġodda għall-Kummissjoni Elettorali tal-PN

Angelito Sciberras u Antoine Portelli huma ż-żewġ delegati ġodda li l-Partit Nazzjonalista nnomina fil-Kummissjoni Elettorali.
Il-PN qal fi stqarrija li dawn iż-żewġ persuni se jkunu qed jassiguraw li titkompla l-ħidma f’waħda mill-aktar entitajiet importanti għad-demokrazija fil-pajjiż.
Sciberras u Portelli se jkunu qed jieħdu post Matthew Mangion u Boris Xerri li ddeċidew li jirriżenjaw mill-kariga tagħhom qabel l-elezzjonijiet għat-tmexxija tal-PN.
Il-PN irringrazzjahom tax-xogħol li wettqu fl-aħħar snin, u awgura lil Sciberras u Portelli ħidma sfiqa mhux biss għall-partit, iżda wkoll għall-elettorat Malti u Għawdxi.
.Ritratt: Arkivji