2 ċikonji oħra maqtula fil-Magħtab

BirdLife FKNK Cikonji Qtil
Alice Tribe/BirdLife Malta

Inqatlu 2 ċikonji oħra qrib il-Magħtab illum filgħaxija.

L-għasafar ittieħdu għand il-veterinarju, iżda kien kollu ta’ xejn, għaliex it-tnejn tilfu ħajjithom. Il-veterinarju kkonferma li dawn kienu mietu għax xi ħadd sparalhom.

Mit-18-il ċikonja li waslet f’Malta l-Ġimgħa li għadda, issa fadal biss 7, għax oħrajn x’aktarx sfaw vittmi tal-kaċċa illegali, qalu BirdLife Malta fi stqarrija.