2 atleti minn Sliema Water Polo Academy fost l-aqwa plejers

Żewġ atleti ta’ Sliema Water Polo Academy irnexxielhom jirbħu l-premju tal-aqwa plejer waqt attivita li ttellgħat min-National Aquatic Sports Association. Nico Schiavone rebaħ il-premju tal-aqwa plejer taħt il-15-il sena u Jayden Cutajar rebaħ l-istess unur għal taħt it-13-il sena.  

Iż-żewġ gruppi tal-akkademja ta’ Sliema rebħu kemm l-istaġun tas-sajf kif ukoll tax-xitwa. Skont stqarrija minn Sliema Water Polo Academy dan kien possibbli grazzi għal mod ta’ kif kienu ppreparati l-plejers. Huma tenjaw sitt darbiet fil-ġimgħa kif ukoll ħadu sehem f’numru ta’ tournaments barra minn Malta waqt il-pre-season.