2 arrestati wara li telgħu fis-sakra fuq ajruplan

Żewġt irġiel ġew arrestati wara li telgħu fi stat ta’ sakra fuq ajruplan illum. Huma tressqu l-Qorti llum stess quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia.

L-irġiel li għandhom 23 sena u ġejjin mill-Irlanda u l-Ingilterra ġew akkużati wkoll li telfu l-ekwipaġġ tal-ajruplan milli jaqdi dmirijietu u kisru l-paċi pubblika fost oħrajn.

L-akkużati ngħataw multa ta’ €1,500 kull wieħed. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Silvio Magro.