2 arrestati wara allegata serqa ta’ inkwatri f’Ħaż-Żebbuġ

Read in English.

Żewġ persuni ġew arrestati wara allegata serqa ta’ inkwatri f’Ħaż-Żebbuġ.

Kelliem għall-Pulizija spjega ma’ Newsbook.com.mt li l-Pulizija ssejħu fi Triq Ħal Mula fil-11.15am. Hemm sabu żewġ persuni li kienu fi propjetà ta’ ħaddieħor u kellhom xi inkwatri. Kien spjegat li l-inkwatri ma kinux ta’ valur kbir.

Intant, iż-żewġ persuni qed ikunu mitkellma mill-pulizija dwar il-każ.