2 arrestati f’Paceville minħabba droga

Il-Pulizija arrestat żewġ persuni f’Paceville matul il-lejl li għadda wara li sabet li dawn kellhom fuqhom id-droga.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li matul il-lejl li għadda waqqfet lill-irġiel u għamlet tfittxija fuqhom. Fuq raġel Franċiż ta’ 36 sena nstabet sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis.

Intant, saret tfittxija oħra fuq raġel ta’ 25 sena mill-Gambja. Hu kellu fuqu diversi pakketti tal-kannabis u dan juri li ma kinux għall-użu esklussiv tiegħu.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ. Ir-raġel mill-Gambja se jitressaq il-Qorti għada.