2 arrestati b’rabta mal-qtil tal-politiku Luebcke fil-Ġermanja

Reuters

Il-Pulizija Ġermaniża arrestat żewġ persuni b’konnessjoni mal-qtil ta’ Walter Luebcke, politiku li kien favur l-immigrazzjoni. Huwa nqatel minn Stephen E. li ammetta għall-qtil u li ġej mil-lemin estrem.

Il-prosekuturi qalu li Elmar J., wieħed mill-irġiel, kien bigħ il-pistola lil Stephen E. li qatel lil Luebcke. It-tieni suspettat, Markus H., hu mifhum li kien laqqa’ lil Stephen E. mas-suspettat l-ieħor. Luebcke kien instab f’għadira demm barra daru fil-belt Hesse fit-2 ta’ Ġunju li għadda.

L-ismijiet tagħhom ma jistgħux jiġu ppubblikati sħaħ minħabba liġijiet ta’ privatezza.

Il-qtil ta’ Luebcke qajjem dibattitu fil-Ġermanja dwar jekk kienx qed issir biżżejjed xogħol fil-ġlieda kontra l-gruppi tal-lemin estrem.