2 anzjani oħra jmutu bil-coronavirus

anzjan
Miguela Xuereb

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 93 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar St Thomas.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 83 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long Term Facility.

Dan ifisser li 182 persuna mietu bil-Covid-19 f’Malta.