2 anzjani jmutu minħabba l-Coronavirus fuq id-Diamond Princess

Żewġ anzjani li kienu passiġġiera fuq il-vapur Diamond Princess li kien qed jinżamm kwarantina, mietu. Dan ġara li tniżżlu minn fuq il-vapur. Huma kienu l-ewwel żewġ vittmi min fuq il-vapur.

Bħalissa qiegħed ankrat ġewwa l-port ta’ Yokohama qrib Tokyo. Ikkonfermati hemm 621 pesuna infettata minn total ta’ 4,711-il passiġġier.

Il-Ġappun għandu issa tliet każi ta’ mwiet marbuta mal-marda.

Fuq it-televiżjoni pubbliku tal-Ġappun intqal li ż-żewġ passiġġiera li mietu kienu t-tnejn Ġappuniżi u qabżu t-80 sena. Il-ministru għas-saħħa tal-Ġappun ikkonferma li kien hemm drabi oħra fejn kellhom jiddaħħlu l-isptar fuq kundizzjonijiet serji u li kienu jbagħtu minn mard kroniku.

Minn fuq il-vapur tħallew jinżlu xi passiġġiera li ma ntlaqtux mill-marda wara li għamlu 14-il jum kwarantina fuq il-vapur stess. Numru kbir ta’ passiġġiera mistennija jitħallew jinżlu bejn illum u għada.