Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li mietu żewġ anzjani li kellhom il-Covid-19.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 64 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-20 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjan ta’ 74 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-25 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei wkoll.
Dawn l-imwiet ifissru li f’Malta kien hawn 148 vittma tal-coronavirus.
L-aħħar imwiet
5 persuni oħra jmutu bil-Covid-19