2 anzjani jitilfu ħajjithom bil-coronavirus

Read in English.


Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani mietu matul il-lejl waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 91 sena mietet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei. Hija kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-21 ta’ Ottubru. Iddaħħlet fl-Isptar Boffa fl-24 ta’ Ottubru u ġiet trasferita fl-Isptar Mater Dei fis-27 ta’ Ottubru. Il-Ministeru qal li kienet tbati minn mard kroniku ieħor.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 80 sena, li wkoll miet matul dan il-lejl, kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-15 ta’ Ottubru u ddaħħal fl-Isptar St Thomas fis-17 ta’ Ottubru u ġie trasferit fl-Isptar Mater Dei fil-21 ta’ Ottubru.

B’hekk s’issa l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 64 mewt bil-coronavirus.

L-aħħar mewta mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa
Anzjana ta’ 80 sena tmut bil-Covid-19

Is-Soċjetà Ġiżwita ħabbret il-mewt ta’ Fr Eddie Mercieca li wkoll miet fl-Isptar Mater Dei waqt li kien qed jikseb kura għall-virus. Hu kellu 80 sena, iżda rriżulta pożittiv għall-virus fit-8 t’Ottubru.

Il-Ministeru għas-Saħħa baqa’ jappella biex in-nies isegwu l-miżuri biex titrażżan l-imxija tal-virus.