2 anzjani jeħilsuha ħafif wara li ntlaqtu minn karozza qrib Għar Lapsi

Miguela Xuereb

Żewġ anzjani ħelsuha ħafif ilbieraħ wara li ntlaqtu minn karozza qrib Għar Lapsi.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara fit-3.15pm fi Triq ix-Xagħra tal-Gżira u ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi.

Karozza misjuqa minn mara ta’ 51 sena residenti Ħal Qormi laqtet liż-żewġ anzjani, mara u raġel, li joqogħdu Marsaskala. Huma għandhom 62 u 64 sena.

It-tnejn ittieħdu l-Isptar Mater Dei fejn irriżulta li ġarrbu ġrieħi ħfief.