Żewġ anzjani qed isofru minn ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’ħabta fil-Ħamrun il-lejl li għadda.
L-inċident ġara għall-ħabta tad-9pm fi Triq il-Kbira San Ġużepp.
Il-ħabta ġrat bejn żewġ karozzi, waħda b’żewġ żgħażagħ Sirjani residenti Ħal Qormi ta’ 21 u 22 sena, u l-oħra b’mara u raġel Maltin ta’ 65 u 71 sena, residenti ż-Żurrieq u Birkirkara, rispettivament.
Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lill-passiġġiera ta’ 71 sena u lix-xufier ta’ 65 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard ġew iċċertifikati li għandhom ġrieħi gravi.
Il-persuni l-oħra fl-inċident ma sofrew l-ebda ġrieħi.
Kien hemm żewġ karozzi pparkjati li ġarrbu xi ħsarat waqt din il-ħabta.