2,733 pazjenti Maltin f’10 snin jintbagħtu għall-kura barra minn Malta

Bejn l-2004 u l-2013 il-Gvern Malti bagħat 2,733 persuna għall-kura barra minn Malta.

L-iktar sena li fihom intbagħtu pazjenti kien fl-2013, b’total ta’ 424 persuna filwaqt li l-inqas kien għas-sena 2004, b’235.

Minn informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech, jidher ċar li fl-aħħar tliet snin (2011-2013) l-iktar każijiet kienu jittrattaw ħtieġa ta’ kura oftalmika (total ta’ 398).

Informazzjoni għas-snin ta’ qabel, maqsuma skont il-marda jew il-kundizzjoni, ma ngħatatx peress li kienet għadha ma bdietx tinżamm b’dan il-mod.